• Seba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2017, fil‑Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.

    Is-seba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni, żewġ seminaristi djoċesani u ħames studenti reliġjużi, huma:

    • Rev. Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
    • Rev. Jethro Bajada tal-Ordni ta-Aħwa Minuri Kapuċċini,
    • Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
    • Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
    • Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
    • Rev. Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan, u
    • Rev. Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini.
     

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tal-kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar it-Tnejn.