-
-
L-Akkademja Pontifiċ`ja tax-Xjenzi Soċ`jali, temmet l-assemblea plenarja bl-għajta li għandha tittieħed azzjoni biex ikun hemm inklużjoni tal-persuni mwarrba mis-soċjetà.
Is-sessjoni plenarja kienet maqsuma fuq ħamest ijiem u t-tema kienet: “Lejn Soċjetà Parteċipattiva: Toroq Soċjali u Kulturali Ġodda għall-Integrazzjoni”.
Il-messaġġ tal-Papa Franġisku offra linji gwida għal tul is-sessjoni plenarja. Filwaqt li fakkar dwar il-bidliet u anke l-battalji li l-ħaddiema għaddew minnhom fl-aħħar mitejn sena sabiex jikisbu d-drittijiet tagħhom, il-Papa enfasizza li “dawk il-battalji ma spiċċawx” u sejjaħ biex id-dinja timxi fuq viżjoni ġdida li fil-bażi tagħha jkun hemm il-valur tal-fraternità.
Wieħed mill-parteċipanti tal-plenarja, il-Professur Paulus Zulu, saħaq li l-fatt li fl-Afrika waħda mill-kawżi maġġuri tal-esklużjoni hi kkawżata mis-sistemi politiċi, għaliex jipprevjenu l-poplu milli jkollu aċċess saħansitra għar-riżorsi bażiċi tal-ħajja.