“Il-fenomenu tas-sekularizzazzjoni hu bla dubju preżenti; fl-aħħar 50 sena, kien fenomenu li wassal għal ċerta kriżi fil-ministeru saċerdotali; għaldaqstant is-sekularizzazzjoni waħedha mhix kollox. Fuq in-naħa l-oħra, jista’ jingħad li l-importanza tar-reliġjon mhix tonqos. Pjuttost ir-reliġjon hi iktar importanti milli kienet fl-imgħoddi”.
Dan stqarru l-Kardinal Camillo Ruini waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa annwali tal-assistenti tal-Għaqda nazzjonali Taljana għat-trasport tal-morda lejn Lourdes jew Santwarji Internazzjonali, l-UNITALSI. Aktar minn 100 assistent kienu preżenti u assistew għar-rapport intitolat “Jesus Christ, source and centre of priestly life” dwar Ġesu Kristu bħala s-sors u ċ-ċentru tal-ħajja saċerdotali. Il-Kardinal Ruini qal li “fl-aħħar mija u ħamsin sena, kien hemm bidla rimarkabbli fl-attitudni reliġjuża, bidla li inkludiet kriżi fil-viżjoni tal-ministeru saċerdotali.
Kompla li “reazzjoni għal din il-kriżi trid tiġi mill-istess saċerdoti, l-ewwel bl-istess xiehda tal-fidi tagħhom, huma li huma mitluba jkunu fuq quddiemnett tal-eżempju fil-fidi vera. Fl-imgħoddi, in-nies kienet temmen f’Alla għax kulħadd kien jagħmel hekk, waqt li llum kulħadd hu evidentement ħieles jagħżel jemmen jew ma jemminx. Għalhekk, il-missjoni tas-saċerdot hi stqarrija serja u ta’ ċertu piż, jekk xejn li l-istess saċerdot m’għandux iċedi għall-pessimiżmu”.