SEJJAĦTLI fuq Favourite TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru 2011 fis-6.30pm u UĊUĦ fuq NET TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru fl-10.30am
Matul din l-iskeda l-ġdida Sejjaħtli ser ikun qed iwassal messaġġ pożittiv permezz ta’ drama mmprovizzat fl’istudio minn atturi li jirrappreżentaw karattri rejali. Filwaqt li nidħlu fil-ħajja tal-persunaġġi waqt li jiġu trattati temi varji,Sejjaħtli ser iħares fil-fond lejn iċ-ċirkostanzi li setgħu ġew jew evitati jew ittratti b’mod differenti biex ir-riżultat ma jkunx traġiku.
F’dan l-ewwel programm, Sejjaħtli ser jiffoka fuq il-komunikazzjoni:- Kif nikkomunikaw…jew kif ma jirnexxielniex nikkomunikaw? Kif issib persuna taf tesprimi ruħha u titkellem kontinwament u l-oħra dejjem iżżomm ġo fiha? Fil-verita’ jista jkun hemm aspett fejn minħabba li wieħed jew waħda minnhom dejjem jgħid jinsa jisma’ lill-ieħor.
Dan hu l-ewwel suġġett li l-preżentatriċi Joyce Cassar flimkien mal-mistieden residenti Fr Rene’ Camilleri ser jiddiskutu flimkien ma’ mistiedna oħra u anke m’atturi li jkunu qed jimprovizzaw karattri li għandhom din il-problema ta’ komunikazzjoni waqt il-programm SEJJAHTLI fuq Favourite TV.
Għall-aħħar tal-programm persuna ser tiġi tagħti l-esperjenza tagħha ta kif ħarġet minn problema simili u kif inhu possibbli bit-talb u bl-għajnuna, terġa’ tħobb u terġa’ tibda tikkomunika mal-persuni għeżież għaliha.
Sejjahtli ser jerġa jitwassal lit-telespettaturi ta’ Favourite TV, mill-istudjos ta’ CAM Productions International ġewwa St. Venera. Id-direzzjoni televiżiva hija ta’ Fr. Louis Camilleri mssp u Marthese Brincat, li bil-kollaborazzjoni tal-grupp ‘Belong’ u flimkien ma’ Fr. Rene Camilleri u Joyce Cassar jifformaw it-team ta’ Sejjahtli.
Matul din l-iskeda l-ġdida, permezz tal-programm UĊUĦ,Marthese Brincat ser tippreżenta realtajiet pożittivi fi ħdan il-Knisja u anke għaqdiet u entitajiet oħra. Hija ser tlaqqgħana ma’ nies li qed jaħdmu bla heda biex jgħinu lill-oħrajn, biex ikunu xhieda fil-ħajja ta’ nies anqas ixxurtjati u forsi anke emarġinati.
F’dan l-ewwel programm Marthese Brincat ser tlaqqagħna ma’ żewġ entitajiet li l-għan tagħhom hu li jgħinu, u jerġgħu jagħtu dinjita’ lil tfal, żgħażagħ u kbar. Ser immorru ġo Dar Leopoldo mmexxija minn Charles, li qed jiddedika ħajtu għall-irġiel li minħabba raġunijiet varji, ma jgħixux mal-familji tagħhom, Irġiel li għaddejjin minn tbatija kemm soċjali, kif ukoll psikoloġika. Dawn l-irġiel jgħixu f’din id-dar, fejn mhux biss jingħataw il-ħtiġijiet li kull bniedem għandu bżonn, imma anke għajnuna morali u spiritwali permezz ta’ Fr Franco Fenech, Kapuċċcin li wkoll ser ikun mistieden f’dan l-ewwel programm. Ser naraw minn x’hiex jgħaddu dawn l-irġiel, u wieħed x’jista’ jagħmel għalihom.
Fit-tieni intervista Marthese Brincat ser tlaqqgħana ma’ żgħażagħ li għamlu esperjenza f’Napli u f’Tunez mas-sorijiet ta’ Mother Theresa fejn għenu lit-tfal fqar, li fiż-żmien tas-sajf ikunu l-aktar qed jiġġerrew barra. Huwa ta’ sodisfazzjon li tara li għad hawn żgħażagħ li jemmnu li l-vaganzi tagħhom għandhom iqattgħuhom biex iferrħu lill-oħrajn. Dawn iż-żgħażagħ jagħmlu parti miċ-ĊAM Youths.
Waqt il-programm ta’ siegħa u nofs ser ikun hemm ukoll il-grupp FOOTPRINTS li ser idoqqu u jkantaw 3 kanzunetti “Praise”.
Fr Marcello Ghirlando ofm ukoll ser ikollu rokna nteressanti ħafna, fejn ser jitkellem fuq il-BIBBJA . Din ir-rokna ser tkun inkluża għaliex nafu li ghalkemm kważi f’kull dar ikun hemm il-Bibbja, nafu wkoll li ftit tinfetaħ.
UĊUĦ għandu produzzjoni Ezekkuttiva ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.