-
Seminar dwar Evangelii Gaudium
-
Il- Grupp ta’ Malta ta’ Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice ser jorganizza seminar nhar it-22 ta’ April fis-6 ta’ fil-għaxija fis-Seminarju, Tal- Virtù, dwar l- aspetti soċjali u ekonomiċi tal- Eżultazzjoni Appostolika ta’ Papa Franġisku, “Evangelii Gaudium”.
Is-Seminar ser jiġi indirizzat minn Fr Paul Pace SJ, provinċjal tal-Ġiżwiti Maltin, is-sur Michael Bonello, ex-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u minn Dr Sue Vella, lecturer tal- Politika Soċjali tal-Università ta’ Malta. L- Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jagħmel diskors tal-egħluq. Is-seminar ser jitmexxa mis- sur Joseph F.X. Zahra.
Dawk illi huma interessati illi jattendu għandhom icemplu fuq 22054101 jew inkella jibgħatu email lil [email protected]