Il-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011, Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol dwar ir-rwol tat-Trade Unions, fil-Kurja. Is-suġġett ta’ dan is-seminar kien ir-Rwol tat-Trade Unions fis-soċjeta’. F’dan is-seminar pparteċipaw fost l-oħrajn, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, is-Sur Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Maqgħudin, is-Sur Gejtu Vella, il-President tal-Forum Unions Maltin, is-Sur John Bencini, id-direttur tal-Malta Employers Association, is-Sur Joe Farrugia u d-Direttur tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali, Dr Noel Vella. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kkonkluda dan is-seminar b’messaġġ ispirat mill-Ġenesi, fejn tkellem dwar ir-rabta bejn iċ-ċentralita tal-bniedem u l-ħidma tal-unions b’risq il-ħaddiema.
AGĦFAS HAWN biex taqra d-diskors ta’ l-Arċisqof waqt is-seminar.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]