Bħala parti mill-programm ta’ tisħiħ fil-Katekeżi u l-Pastorali mal-Adolexxenti u ż-żgħażagħ, is-Segretarjat għall-Katekeżi flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, qed jorganizzaw seminar ta’ ġurnata bit-tema: SEXUALITY – Contemporary Trends.

L-għan ta’ dan is-seminar hu li l-operaturi pastorali u dawk kollha nvoluti fil-ħidma mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ jifhmu aħjar x’inhi s-sesswalita’, jifhmu l-viżjoni tas-sesswalita’ minn perspettivi differenti u jiġu offruti lilhom ħiliet kif għandhom jippreżentaw din ir-realta` fil-kultura tallum.

Is-seminar se jsir nhar is-Sibt, 22 ta’ Jannar, 2011, f’Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq, bejn id-9.00 a.m. u s-6.30 p.m. Il-kelliema ewlenin ser ikunu: Rev. Dr. Paul Galea u Dr. Roderick Bugeja. Il-parteċipanti ser jiġu mistiedna jipparteċipaw ukoll f’workshops u f’diskussjonijiet.

Għall-aktar dettalji wieħed għandu jċempel lil Fr. Marco Portelli fuq 21484506 jew lil Sr. Alexandra Chircop fuq 22039408 / 21223949, jew iżur is-sit www.kdz.org.mt jew www.katekezi.org.mt