Illum aktar minn qatt qabel it-tifsiriet ta’ x’inhu raġel u x’inhi mara qed jiġu diskussi b’modi differenti. Dan hekk kif hawn min jgħid li jekk inti tħoss li tappartjeni għal ġeneru partikolari, dan jista’ jkun int fil-verità. Imma dan veru?
X’inhi id-differenza bejn is-sess u l-ġeneru? Xi jfissru l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali?
Dan kollu se jiġi diskuss minn perspettiva Nisranija waqt seminar organizzat minn Cana Foundation Therapeutic & Support Services, nhar l-4 ta’ Frar bejn id-9am u s-1pm, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana.
Il-kelliema mistiedna għal dan is-seminar huma Prof. Rev. Paul Galea, Prof. Jean Calleja Agius u membri mid-Drachma Parents’ Group. Kull min jixtieq jattendi qed jintalab jagħti donazzjoni żgħira ta’ €10 li tmur għall-Moviment ta’ Kana.