Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Settembru, 2010, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni organizza laqgħa ta’ formazzjoni g]al madwar 70 għalliem ġdid li ser jibdew jaqdu d-dmirijiet edukattivi tagħhom fis-sena skolastika li jmiss.
Id-Direttur għas-servizzi Edukattivi, Dr. Rose Anne Cuschieri, għamlet kelmtejn ta’ merħba u aċċennat dwar l-importanza ta’ dawn il-laqgħat. Hi semmiet xi punti importanti li jagħmlu t-tagħlim ġo skola tal-Knisja uniku fosthom dak kariżmatiku.
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. awgura lil dawn iż-żgħażagħ l-isbaħ xewqat fil-qadi ta’ dmirijiethom. Mons. Cremona qajjem il-punt dwar kif it-tfal iqattaw ħin l-iskola kważi aktar milli jqattaw id-dar, b’hekk l-għalliema għandhom jittrattawhom umanament minkejja xi atteġġjamenti mhux mixtieqa mill-istudenti. Is-servizz mogħti għandu jkun konformi mat-tagħlim tal-Vanġelu.
Fr. Dominic Scerri O.P., id-delegat tal-Arċisqof għas-Segretarjat tal-Edukazzjoni, kompla mad-diskors tal-Arċisqof billi qal li it-tagħlim tal-Knisja għandu jintuża bħala linji gwida fit-tagħlim kurrikulari. It-tfal għandhom jiġu mgħallma valuri tajba direttament mill-għaġir tal-għalliema. Huwa kompla billi saħaq li kull student huwa uniku w id-dinjita’ tiegħu għandha tiġi rrispettata.
Bosta persuna kellmu lill-għalliema l-ġodda dwar is-servizzi li joffri dan is-Segretarjat, fosthom Social Workers u School Counsellers.
Dr. Rose Anne Cuschieri irringrazzjat lil dawk kollha preżenti u saħqet dwar l-importanza li tinżamm professjonalita’ kostanti, mhux biss matul il-ħin tal-iskola.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.