-
-
Serqa oħra minn knisja, din id-darba dik ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Newsbook.com.mt, il-Kappillan ta’ Raħal Ġdid, Dun Marc Andrè Camilleri, qal li min wettaq ir-reat qala’ l-ħadid li kien hemm ma’ tieqa fis-saqaf tal-knisja.
Jidher li mill-knisja ttieħdu biss il-flus li kien hemm fil-kaxex tad-donazzjoni ta’ quddiem l-artal.
Is-Sagrament u oġġetti sagri oħra tħallew fejn kienu.
Din hi t-tieni serqa mill-knejjes fi żmien xahrejn. Fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 21 u s-Sibt 22 ta’ Lulju, mill-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Bormla, insterqu oġġetti sagri li l-maġġor parti tagħhom imbagħad instabu fl-nħawi tal-Bieb ta’ Santa Liena f’Bormla stess.
Kull min għandu xi tagħrif jista’ jgħaddih lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 112.