Se jsir Servizz Ekumeniku għal żmien il- Pentekoste. Għid il-Ħamsin hija l-festa li mhux biss tfakkar it-twelid tal-Knisja, imma wkoll fiha naraw moviment mill-pluralita’ għall-unita’: fi kliem ieħor, il-ħafna jingħaqdu f’ġisem wieħed. Huwa għalhekk xieraq li f’dawn il-jiem inkomplu nitolbu għall-għaqda fost il-Knejjes nsara.
Għal dan il-għan se jsir Servizz Ekumeniku mniedi mill- Christians Together in Malta-Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Ekumenika. Is-Servizz sa jsir fil-knisja tal-iSkoċċiżi ta’ St. Andrews,fi triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju fis-6.30 p.m. It-tema hija “Come Holy Spirit”- Ejja Spirtu Qaddis. Se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ir-Reverendu Doug McRoberts, responsabbli mil-knisja Presbiteriana Reformata f’Malta u Għawdex. Il-ħsieb tal-okkażjoni se jsir minn Dun Martin Cilia, MSSP.
Kulħadd huwa mistieden. Is-servizz ma jdumx aktar minn siegħa.
.