Il-Fondazzjoni Life Network ħabbret servizz ġdid għan-nisa li jikkonsisti f’units residenzjali, indirizzati sabiex jagħti sapport addizzjonali lill-ommijiet fil-bżonn u t-trabi tagħhom.

Din l-inizjattiva ġdida tipprovdi sapport kontinwu għall-ommijiet u t-trabi wara li jtemmu il-programm ta’ sena fi ħdan il-maternity home Dar Tgħannieqa ta’ Omm. Il-maternity home tipprovdi sapport ta’ 24-siegħa kuljum, qabel, u wara t-twelid tat-tarbija.

Il-units residenzjali se jipprovdu ambjent akkoljenti u sikur sabiex dawn l-ommijiet jkunu jistgħu jmorru lura għax-xogħol jew jtemmu l-istudji tagħhom. Life Network temmen li dan is-servizz se jaghti possibiltajiet ġodda lil dawn l-ommijiet biex jagħmlu t-transizzjoni lejn ħajja indipendenti u jirnexxu.

Dan il-proġett seta’ jitwettaq permezz tal-ġenerozità tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja, Fondazzjoni ta’ karità mwaqqfa mill- Markiż Vincenzo Bugeja għas-sapport tan-nisa u tfajliet. Se jkun hemm 6 Home Units ġewwa Konservatorju Vincenzo Bugeja f’Santa Venera, u apparti minnhekk Life Network Foundation tinsab fil-proċess li tirrinova 7 units oħra f’lokalità oħra ta’ Malta.

F’jum il-Mara 2024, qed niċċelebraw is-success tas-support tal-helpline għan-nisa fi kriżi ta’ tqala li kienet hemm ghal 120 twelid, is-servizz ta’ għajnuna fil-komunità lin-nisa u il-maternity home, fejn 42 omm diġà għexu u rabbew it-trabi tagħhom.

X’qalu

Christie Gellel mid-Dar Tgħanniqa Ta’ Omm: “Hija ħaġa tassew sabiħa il-fatt li ser nkomplu nissaportjaw dawn l-ommijiet li ġew fid-dar tagħna f’mument tassew vulnerabbli, izda u issa ser inkunu maghħom waqt li jgħaddu għall-ħajja indipendenti flimkien mat-tfal tagħhom. Ninsabu tassew kburin bihom!”

Dr Miriam Sciberras, CEO ta’ Life Network Foundation: “F’Jum il-Mara, niċċelebraw lil kull mara, speċjalment lil dawk li rnexxielhom jikkumbattu vulnerabilità u tbatija kbira, sabiex illum huma ommijiet għal uliedhom. Huwa privileġġ tagħna li stajna nkunu hemm għalihom u magħhom, u permezz ta’ dan il-proġett ġdid, ser inkunu qegħdin nagħtuhom
opportunità oħra sabiex jgħixu ħajja ndipendenti fis-soċjeta.”