-
-
**
Diretturi: Robert Rodriguez u Frank Miller
Atturi: Mickey Rourke, Jessica Alba, Josh Brolin, Joseph Gordon-Levitt, Rosario Dawson, Bruce Willis, Eva Green u Powers Boothe
Ħin tal-Film: 102 min.KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 18
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18Film b’sensila ta’ stejjer li b’xi mod jew ieħor jidħlu f’xulxin. L-ewwel storja niltaqghu ma’ Marv hekk kif jerga’ jiġi f’sensih wara li kien assista u ra lil John Hartigan jingħaqad ma’ Nancy Callahan fil-film: “That Yellow Bastard”. Marv jinsab fuq għolja jħares lejn il-Proġetti, mdawwar ma’ ħafna iġsma ta’ żgħażagħ mejtin. Marv determinat li jsir kif jaf kif sab ruħhu hemm. It-tieni storja nsibu lil Johnny li jħobb il-logħob tal-azzard u jinsab determinat li jellimina l-ikbar brikkun, is-senatur Roark billi jgħelbu fil-logħba tal-poker li kien tant iħobb. Iżda Johnny xejn ma jmur tajjeb meta jisfida lil Roark u jispiċċa mbiċċer kważi għal mewt. Issa li Johnny kien jinsab f’dak l-istat isir kien iktar determinat li jagħmel vendetta minnu. Iżda kif? Biex tkompli tikkomplika aktar ruħhha l-qagħda għal Johnny, jiltaqa’ ma’ Marcy. It-tielet storja jidħol fiha Dwight McCarthy li snin qabel kien qiegħed jissielet ix-xjaten li kien jaħseb qegħdin ġewwa fih. Jagħmel minn kollox biex jieħu kontrol tas-sitwazzjoni sakemm il-maħbuba li kellu qabel, Ava Lord terġa’ tidħol f’ħajtu biex igħina teħles mir-raġel abbużiv li kellha. Dwight jaqa’ għan-nasba tagħha iżda ma jdumx ma jintebaħ li Ava kellha intenzjonijiet li kienu sejrin jagħmlulhu ħafna ħsara. Ir-raba’ storja tlaqqagħana ma’ żeffiena eżotika, Nancy Callahan li qegħda tipprova taċċetta l-mewta traġika tal-maħbub tagħha, John Hartigan li seħħet fil-Film “That Yellow Bastard”. F’alluċinazzjoni li jkollha, John qiegħed igħina biex issib il-mistrieħ billi tagħmel vendetta mis-senatur Roark bis-saħħa tal-ħabib tagħha Marv. Film interesanti ħafna, ‘black and white’ ħlief għal kuluri blu u aħmar imdaħħlin b’effett tajjeb. Dan il-film isegwi dak li hareg fl-2005 bl-isem ta’ Sin City, film msejjes fuq kotba tal-komiks miktubin minn Frank Miller li wkoll iddirieġa flimkien ma’ Robert Rodrigues dan il-film. Minħabba li l-istorja fiha nfisha fejn tispikka t-tema għal vendetta, il-film mimli vjolenza, lingwaġġ goff u xeni ta’ għera, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.