Iż-żjara tal-Papa għandha sservi ta’ “sinjal” għall-Knisja f’Malta biex ma taqtax qalbha quddiem “ċirkostanzi ibsin” u tħeġġeġ evanġelizzazzjoni ġdida mibnija madwar “il-kelma, l-ferħ u l-entużjażmu… li rajna” u nidderiġuh għall-qadi tal-Mulej fl-evanġelizzazzjoni”.

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mistoqsi minn din il-gazzetta dwar iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Mons Cremona ddeskriva ż-żjara tal-Papa bħala suċċess li l-protagonisti tiegħu kienu dawk in-nies li bi ħġarhom fittxew biex jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI. Fl-istess ħin uriet ukoll sinjali inkuraġġanti dwar ir-rwol li l-Knisja għandha f’qalb il-Maltin.

“Jien nemmen li dawk li ħarġu ġew għaliex ġewwa qalbhom diġà kellhom l-imħabba lejn il-Knisja u lejn il-Papa li jmexxiha,” qal l-Arċisqof, waqt li fisser li kienet ukoll…..

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com