Traduzzjoni tas-sinteżi li għadha mhix uffiċjali tad-dokument ta’ ħidma tal-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani, li se ssir f’Ottubru f’Ruma, issa huwa aċċessibbli fuq is-sit www.zenit.org/english Is-sinteżi mhix uffiċjali kienet ippubblikata fil-jiem li għaddew mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.
Id-dokument ta’ ħidma, jew kif issejjaħ, l-Instrumentum Laboris, tqassam mill-Papa lil seba’ Patrijarki u żewġ Arċisqfijiet ta’ Lvant Nofsani l-Ħadd, fl-aħħar jum taż-żjara Appostolika tiegħu f’Ċipru.
It-test sħiħ ta’ dan id-dokument ta’ ħidma meqjus ferm importanti bi tħejjija għall-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet ta’ Lvant Nofsani f’Ottubru li ġej f’Ruma, jinsab f’dan il-link.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt http://www.vatican.va/roman_curia/synod/documents/rc_synod_doc_20100606_instrumentum-mo_en.pdf.