• Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, istitwixxa sitt seminaristi fil-ministeru tal-akkolitat, waqt ċelebrazzjoni li saret fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara. 

    Is-sitt akkoliti l-ġodda huma Sergio Fenech u Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, u Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocityonline.com