• **

    Direttur: John Maclean
    Atturi: Michael Fassbender, Kondi Smit-McPhee, Ben Mendelsohn, Caren Pistorius, Rory McCann
    Ħin tal-Film:
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
    Jay Cavendish, żagħżugħ Skoċċiż.  jinsab fuq vjaġġ lejn il-Punent tal-Amerika, jfittex lil maħbuba tiegħu Rose Ross. Fil-vjaġġ jiltaqa’ ma’ ħafna avventuri fosthom grupp ta’ uffiċjali tal-Unjoni  jiġru wara membru ta’ abbitanti li kienu jgħixu fl-Amerika qabel ma ġew l- Ewropej u okkupaw l-art.  Hawn jidħol fix-xena l-brigant Silas Selleck li joqtol wieħed mill- uffiċjali. Jay jidħol bi sħab ma’ Silas u jiddeċiedi li jkompli l-vjaġġ lejn il-punent miegħu. Fi flexbeck, nsiru nafu li Jay kien iltaqa’ ma’ Rose ġewwa l-Iskożja u waqt li hu jsir iħobbha, Rose minnaħa tagħha kienet tarah biss bħala ħuha. Fil-vjaġġ jiltaqgħu ma’ numru ta’ avventuri fosthom li ntebħu li ma kienux waħedhom f’dan il-vjaġġ għaliex warajhom kien hemm grupp ta’ irġiel ifittxu u jħufu madwar biex jaraw x’jistgħu jakkwistaw. Dawn kienu taħt it-tmexxija ta’ Payne. F’ħanut, Silas jinnota avviż fejn kien igħid Ii Rose u missierha John kienu qegħdin jiġu mfittxija, bi premju ta’ $2000 għal min jaqbad dawn it-tnejn, mejtin jew ħajjin. Fil-ħanut jidħlu wkoll koppja Żvediza, Johann u Maria,  li jitolbu lis-sid tal-ħanut biex itihom il-flus kollha li kellhu. Fi ġlieda bl-armi, kemm is-sid tal-ħanut kif ukoll il-koppja Żvediza jisfgħu mejtin. Fuq barra Silas u Jay isibu żewġ itfal, Eva u Jan,  it-tfal tal-koppja 
    Johann u Maria. Silas u Jay jitilqu. Il-fatt li kien Jay li kien qatel l-omm tat-tfal,  issa isib ruħhu li hu meqjus bħala qattiel. Xi prospetti għandu issa anke kieku jasal biex isib lil Rose? X’kien ġara minn Rose u missierha? It-tfitxxija tkompli kemm minn Jay u sieħbu Silas kif ukoll minn Payne u sħabu li qegħdin jaraw il-possibilta li jakkwistaw is-somma sabiħa ta’ $2000! Film ‘western’ taħt id-direzzjoni u l-kitba ta’ John Maclean,  ilaqqgħana ma’ Jay Cavendish, żagħżugħ Skoċċiż fuq missjoni fil-punent tal-Amerika, jfittex u jipprova ssib il-maħbuba tiegħu li kien iltaqa’ magħha ġewwa l-Iskożja ftit snin qabel. Jay juri rieda qawwija biex jingħaqad mal-maħbuba tiegħu mingħajr ma’ jintebaħ  li l-qagħda għal Rose kienet inbidlet għal kollox.  Minħabba vjolenza bla rażan. kliem goff kif ukoll qtil brutali,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax –il sena.