Matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, il-Caritas Malta rċeviet għadd kbir ta’ sejħiet għall-għajnuna minn għand persuni li għandhom problema ta’ droga jew mingħand il-familji tagħhom. Din iż-żjieda fit-talbiet għall-għajnuna kient riżultat ta’ żewġ edizzjonijiet tal-progarmm televiżiv Xarabank li kienu dedikati għall-problema tad-droga, u x-xogħol li qed twettaq il-Caritas ma’ persuni li jridu jirriabilitaw irwieħhom.
Il-Caritas Malta qalet li din kienet wirja ta’ solidarjetà li nvolviet lit-Tim ta’ Xarabank, li ddedika ħafna ħin għall-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ programmi, il-Public Broadcasting Services, il-kumpaniji tat-telephone u l-mobile, l-ħaddiema tal-Caritas, kif ukoll lill-klijenti li qed jagħmlu l-programm ta’ riabilitazzjoni u l-familji tagħhom.
Il-Caritas Malta qalet li s-somma ta’€92,551 li nġabret waqt il-programm wriet fuq kollox is-solidarjetà tal-Maltin ma’ persuni li kienu qed ifittxu l-għajnuna tal-Caritas.