• ***

    Direttur: Bharat Nalluri
    Atturi: Kit Harington, Peter Firth, Jennifer Ehle
    Ħin: 104 minuti
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Wara li t-terrorist Qasim jaħrab waqt li l-M15 ikunu qedin jgħadduh f’idejn is-CIA, il-kap tas-Servizzi Sigrieti Ingliżi, Sir Harry Pearce, jagħmila li qatel ruħhu b’idejh u bil-moħbi jipprova jaqbad waħdu lil Qasim. Għalhekk, il-kap tal-M15, Dame Geraldine Maltby, issejjaħ lura fis-servizz lil Will Holloway, li jkun irtirat, u tqabbdu jsib lit-terrorist u lil Sir Harry. Will, flimkien ma’ June, aġent ieħor tal-M15, jirnexxielu jsib lil Sir Harry u jibda koperazzjoni perikuluża miegħu; huma jagħmlu ftehim ma’ Qasim u fl-istess ħin jipprovaw jiskansaw attakk terrorist fuq il-Houses of Parliament ta’ Londra kif ukoll li ma jħallux li s-CIA tieħu kontroll tal-M15.

    Film thriller, ibbażat fuq is-serje televiżiva populari tal-BBC “Spooks”, li damet sejra minn 2002 sa 2011, u li fiha d-detectives mhux biss jipprovaw jaqbdu l-kriminali imma wkoll jaqilbuha lil xulxin. Fil-fatt dan il-film, li għandu l-istess direttur tas-serje televiżiva, aktar adatt għal fuq it-television milli bħala film fih innifsu, minkejja li fih ħafna atturi tajbin. Fih vjolenza qawwija u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.