• ****

    Direttur: Paul Feig

    Atturi: Melissa McCarthy, Jason Statham, Rose Byrne, Miranda Hart, Bobby Cannavale, Nargis Fakri, Allison Janney u Jude Law

    Ħin tal-Film: 120 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Bradley Fine, aġent sigriet li jaħdem għas-CIA, jaf is-suċċess fix-xogħol tiegħu tant diffiċli perikoluż,  grazzi għall-kapaċita` li  Susan Cooper mill-kwartieri ġenerali kienet tigwidah biex jeħles minn kull saram li seta’ ssib ruħhu fih. Bradley fil-fatt qatt ma ntebaħ li d-devozzjoni Ii Susan kienet turi lejh, kienet bil-wisq iktar minn professjonali. Waqt azzjoni li Bradley kien qiegħed iwettaq fil-Bulgaria, biex iġib fix-xejn  lil Rayna Boyanov. Rayna  ħadet post missierha, terrorista magħruf,  wara mewtu, u issa  sabet ruħha tmexxi l-grupp terrorista li kien ftieħem ma’ grupp  terrorista ieħor li jbegħlu bomba atomika. Rayna biss kient taf fejn kienet tinsab din il-bomba.  Susan jirnexxielha tipperswadi lil kap tagħha Elaine Croker,  biex tmur hi biex ittemm il-missjoni li Bradley kien beda u ġġib fix-xejn lil Rayna li dehret li kienet qatlet lil Bradley. L-iskop ta’ Susan kien  li mhux biss isib lil Rayna iżda wkoll tagħmel vendetta minnha talli qatlet lil maħbub sigriet tagħha. Croker iċċedi għal pressjoni li għamlet  Susan b’kundizzjoni li l-missjoni tagħha tkun biss li ssib lil Rayna u tirraporta fejn kienet tinsab. Taħt isem ieħor u   mlibbsa bi ħwejjeġ  tant differenti minn dawk tas-soltu, Susan tibda l-missjoni tagħha fi bliet differenti mgħejuna jew aħjar mfixxkla u bla ma kienet tistenna minn aġent ieħor Rick Ford li xejn ma kien ħa pjaċir li ma ntbagħtx  hu  biex isib lil Rayna. Tgħid jirnexxielha Susan  twettaq b’suċċess il-missjoni li daħlet għaliha?   

    Film kummiedja Amerikan, taħt id-direzzjoni u kitba ta’ Paul Feig, illaqqagħna ma’ Susan Cooper  li wara l-mewt ta’ agent sigriet u li kien is-sieħeb tagħha fuq ix-xoghol, toffri li ssir aġent sigriet biex iġib fix-xejn pjan djaboliku minn grupp kriminali li kien lest li jbiegħ bomba atomika lil grupp terroristiku . Minħabbal vjolenza ħarxa, kif ukoll qtil brutali,  ċajt skataloġiku  u kliem goff,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax–il sena.