Kienu stabbiliti d-dati uffiċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013. Dawn intqal li se jkunu qed isiru bejn it-23 u t-28 ta’ Lulju. Id-dati ntagħżlu f’laqgħa li ilha għaddejja mit-Tnejn f’Ruma, bejn il-Kunsill Pontifiċju tal-Lajċi u l-Kumitat Organizzattiv lokali.
Il-Kumitat huwa magħmul mill-Arċisqof Orani João Tempesta, flimkien ma’ żewġ Isqfijiet u uffiċjali oħra. Il-Kumitat għad irid jiddeċiedi fuq x’logo se jkun qed jintuża fil-promozzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss.