Bħala parti mill-proċess sinodali għal tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, din is-sena hi ddedikata għal Knisja li Toħroġ.
Fl-aħħar Assemblea Djoċesana, li saret f’Novembru 2023, għadd ta’ temi ġew identifikati mill-parteċipanti bħala “spazji” u “ġrieħi”, fejn bħala Knisja aħna mistiedna li noħorġu f’Malta tal-lum biex noffru fejqan fl-ispirtu tal-ewwel evanġelizzatur, l-Appostlu San Pawl. Hu xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin.
Il-Knisja f’Malta qed tistieden lil kull min jidentifika ruħu bħala Kattoliku, biex jipparteċipa f’waħda jew aktar minn serje ta’ konverżazzjonijiet spiritwali li wieħed jista’ jattendi għalihom fiżikament jew anke online.
It-temi li se jiġu diskussa huma t-taqbidiet personali, il-komunità Nisranija bħala dixxipli missjunarji u l-isfidi l-ġodda għall-Knisja lokali.
L-għan ta’ dawn il-konverżazzjonijiet huma sabiex flimkien bħala Knisja naraw l-Ispirtu x’qed jitlob minna bħala azzjonijiet konkreti ta’ kif bħala Knisja f’Malta noħorġu fi spirtu ta’ fejqan f’dan “l-isptar fuq il-kamp tal-battalja” bħalma jgħid il-Papa Franġisku.
Min jixtieq jattendi jista’ jidħol f’din il-link biex jirreġistra: https://vjagg.knisja.mt/konverzazzjonijiet-spiritwali-knisja-li-tohrog/