Il‑Moviment ta’ Kana qed jistieden lill‑koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet u l‑koppji li se jiżżewġu fl-2025 għaċ-ċelebrazzjoni tal‑quddiesa.
Il‑quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ is-sena li għaddiet se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna u se ssir għada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar 2025, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑5:45pm.
Il‑quddiesa għall‑għarajjes li se jiżżewġu dis‑sena se ssir mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, nhar is‑Sibt, 11 ta’ Jannar 2025, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑5:45pm.
Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju se jiltaqgħu mal-koppji.