Ejjew u Taraw’ hi t-tema magħżula din is-sena għal-Live-in Vokazzjonali li ser isir ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof bejn is-Sibt, 11 u l-Ħadd, 12 ta’ Frar 2012.
L-għan ċentrali ta’ dan il-Live-in ser ikun li wieħed jisma’ u jfittex is-sejħa vokazzjonali u kif ukoll jagħmel esperjenza ta’ jumejn ġewwa s-seminarju flimkien mas-seminaristi.
Żgħażagħ ‘il fuq minn 16-il sena li ġewwa fihom qed jħossu l-leħen ta’ Alla jsehilhom għandhom jilqgħu din l-isfida li qegħdha ssirilhom. Dan il-Live-in qiegħed hemm biex jgħinhom jiċċaraw ftit mid-dubji li din is-sejħa tista’ tqanqal.
Dawk interessati li jattendu għandhom jibgħatu email fuq: [email protected] jew sms fuq: 9922 1960 jew iċemplu fuq: 2145 5497/8 sal-Erbgħa, 8 ta’ Frar, 2012.