B’referenza għall-allegat każ ta’ abbuż rrappurtat fil-midja, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli tixtieq tiċċara li, filwaqt li l-policy tagħha hi li ma tagħtix informazzjoni dwar każi speċifiċi, il-Kummissjoni tieħu l-azzjoni meħtieġa fil-każi kollha fejn tfal jew adulti vulnerabbli jkunu f’riskju. L-azzjoni tittieħed abbażi tal-informazzjoni li tkun għaddiet għand il-Kummissjoni u skont l-eżitu tal-ewwel assessjar tal-każ.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkuntattja l-Kummissjoni fuq
[email protected] f’każ ta’ tħassib dwar tfal jew adulti vulnerabbli.