-
L‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca reġa’ lura fid‑dar tal‑Missier. Bħala Kappillani u Arċiprieti fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, nixtiequ nesprimu l‑gratitudni tagħna għall‑ħajja u l‑ħidma tal‑Arċisqof Mercieca. Lil ħafna minnha ħatarna hu bħala kappillani, u ħafna minnha ordnana saċerdoti hu wkoll. Napprezzaw il‑ħidma tiegħu bħala Ragħaj tal‑Arċidjoċesi, l‑imħabba tiegħu għall‑familja, l‑impenn għat‑twettiq tal‑Konċilju Vatikan II l‑iżjed permezz taċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sinodu Djoċesan, u x‑xewqa tiegħu li fil‑komunitajiet tagħna jkun hemm l‑għaqda u spirtu ta’ qadi. Nitobu għalih u ngħożżu t‑tifkira tiegħu billi nkomplu naħdmu għall‑Knisja oħt u qaddejja, kif xtaqha l‑Arċisqof Mercieca.