-
B’referenza għall-patri li tressaq il-Qorti llum, l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli tixtieq tikkonferma li dan il-każ ingħata f’idejn il-Pulizija għall-investigazzjoni. Filwaqt li ttenni li kull persuna hija innoċenti sakemm tinstab ħatja, u rrispettivament mill-eżitu tal-każ fil-Qorti, ittieħdet l-azzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju, biex il-partijiet kollha jiġu salvagwardjati. Dan sar b’konsultazzjoni mal-Provinċjal tal-Ordni Reliġjuż rispettiv.