-
B’referenza għas‑sentenza tal‑Qorti dwar il‑każ ta’ saċerdot mid‑Djoċesi ta’ Għawdex li ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża, il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) tikkonferma li kien l‑Isqof ta’ Għawdex li rrapporta l‑allegazzjonijiet ta’ abbuż lill‑Pulizija, u li meta tressaq il‑każ quddiem ir‑Response Team f’Awwissu 2014, is‑saċerdot kien ġie sospiż mill‑ministeru saċerdotali tiegħu. Din is‑sospensjoni għadha fis‑seħħ sal‑lum.
Il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli tħeġġeġ lill‑pubbliku jikkuntattja lill‑Pulizija jew iċempel fuq is-Support Line 179, dwar kwalunkwe allegazzjoni ta’ abbuż. Il‑Kummissjoni tista’ tiġi kkuntattjata fuq [email protected].