Il-Moviment ta’ Kana jilqa’ l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet taghna, Mons P. Cremona O.P. u Mons. M. Grech, fid-dawl tad-diskussjoni u l-konsultazzjoni li ghaddejja bhalissa f’pajjizna dwar l-Abbozz tal-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni Umani.
Il-Moviment ta’ Kana:
- Jemmen li, l-bniedem mhux ‘prodott’ u lanqas ‘oggett’. Il-bniedem huwa frott l-ghotja shiha u totali tar-ragel u l-mara fiz-zwieg permezz tar-rabta konjugali taghhom. Jikkonsidra li huwa uman sa mill-ewwel mument tat-tnissil u ghalhekk jisthoqqlu l-harsien u l-protezzjoni kollha taghna;
- Ilu zmien twil jifhem u jghin lil dawk il-koppji li ghandhom problema ta’ infertilita’, u lest li joffri s-support mehtieg lil dawn il-koppji permezz tas-Support Group Wanting and Waiting;
- Konxju tal-fatt li, f’pajjizna ghandna numru ta’ koppji bla ulied, izda dan ma jfissirx li huma familji inqas mill-ohrajn jew li l-missjoni taghhom falliet. Anzi jaghraf li dawn il-koppji kienu u huma siewja f’diversi oqsma ohra tal-hajja;
- Jifhem li, mhux kull xewqa li ghandu l-bniedem tista’ titwettaq fir-realta’. It-tfal jibqghu dejjem rigal.
- Jaghraf li, kull fejn dahal l-IVF dan wassal ghal hafna abbuzi u fetah it-triq ghall-permissibilita’ tal-abort. Jaf li mhux kull ma huwa teknikament u medikament possibli huwa etikament u moralment accettabli.
- Jinsab zgur li, x-xjenza mhix kontra l-etika u lanqas ma hi kontra l-fidi. Anzi dawn it-tnejn jistghu jimxu flimkien. Ghalhekk iheggeg lix-xjenzati biex ikomplu bir-ricerka u l-istudji taghhom, biex joffru lill-koppji bi problema ta’ infertilita’, direzzjonijiet li huma moralment u etikament tajbin, bhal per.ez. in-Natural Procreative Technology (NAPRO).
- Jistqarr li, f’kull intervent mediku ghandna dejjem inharsu il-gid tal-persuna umana, l-unita’ taz-zwieg u l-familja u dinjita’, in-nobilta’ u s-sbuhija tas-sesswalita’ umana.
9 t’Awwissu 2012