-
Stqarrija tal-Kunsill tal-Caritas Malta dwar il-Budget 2014
-
Il-Kunsill Caritas Malta:
- jagħraf u japprezza il-miri tal-Budget 2014 kif imfissra fil-Pre-Budget Document;
- jemmen illi biex jiġi stimulat l-iżvilupp komuni u personali ta’ kull bniedem huwa meħtieġ li jintrefa’ ż-żgħir;
- ifakkar fil-ħtieġa illi persuni u familji vulnerabbli fis-Soċjet Maltija għandhom jingħatawlhom opportunitajiet indaqs u l-għajnuniet finanzjarji u ambjentali meħtieġa biex jilħqu livell deċenti tal-għajxien u jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-pajjiż;
- isostni illi l-impjieg huwa dmir u dritt ta’ kull bniedem. Filwaqt illi għandhom ikomplu jiżdiedu l-isforzi biex jitkabbru l-impjiegi b’pagi ġusti, l-ebda ħaddiem illi huwa bieżel u kompetenti fix-xogħol tiegħu m’għandu jħossu diskriminat fl-impjieg tiegħu biex ikun jista’ jeżerċita fil-libert u bir-responabbilt r-rwol ċiviku tiegħu mal-oħrajn u għall-oħrajn;
- jawgura l-għaqda fis-sliem.