Studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Sekondarja Subien, Verdala, Bormla, ix-xahar li għadda talbu r-rużarju flimkien favur il-ħajja. Fit-tradizzjoni tal-Knisja, Ottubru hu x-xahar iddedikat lill-Madonna.

L-attività kienet organizzata waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon mid-Dipartiment tar-Reliġjon tal-Kulleġġ, li jiġi taħt id-direzzjoni ta’ Martin Azzopardi sdc. Waqt kull lezzjoni tar-reliġjon, l-għalliem kien jgħaddi kuruna tar-rużarju fost l-istudenti u jistedinhom fuq bazi volontarja biex jitolbu fis-skiet l-Ave Maria bl-intenzjoni li inqas persuni jagħmlu rikors għall-abort.

Martin fakkar li s-sena l-oħra għall-istess attività kienu mistiedna fl-iskola l-koppja Kattolika Irlandiża, Declan u Carmel Waters, “li jxerrdu madwar id-dinja messaġġ kontinwu favur il-ħajja u allura messaġġ kontra l-abort”. Il-koppja Waters kienu wrew lill-istudenti filmat qasir dwar ir-rabta tal-attroċitajiet ta’ Auschwitz f’relazzjoni mal-attroċitajiet li jsiru ta’ kuljum permezz tal-abort.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com