Is-Supretendent Paul Vassallo, Kap tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fi ħdan il-Kwartieri tal-Pulizija, appella lill-vittmi tal-użura biex jagħmlu kuraġġ u jitolbu l-għajnuna tal-pulizija. Is-Supretendent Vassallo saħaq ma’ IL-ĠENSillum online li l-vittmi m’għandhomx joqogħdu għat-theddid u għandhom jitolbu l-protezzjoni tal-pulizija.
Minkejja li skond il-Fondazzjoni Vittmi Użura tal-CARITAS l-użura hi problema mifruxa ħafna fis-soċjetà, ċifri mogħtija lil IL-ĠENSillum online mill-Comunity & Media Relations Unit – CMRU tal-Puliżija, juru li l-għadd ta’ każi ta’ użura li jkunu rrapportati lill-pulizija huma insinjifikanti. S’issa din is-sena kienu rrappurtati ħames każi biss ta’ użura lill-pulizija. Is-sena li għaddiet l-għadd ta’ każi rrappurtati kien ta’ għaxra, li nofshom biss spiċċaw quddiem il-Qrati. Fl-2009 kienu seba’ l-każi rrappurtati lill-puliżija, b’erba’ persuni biss f’sena sħiħa mtella’ l-Qorti.
Minn stħarriġ li għamlet IL-ĠENSillum online jirriżulta li ħafna mill-vittmi joqogħdu lura milli jirrappurtaw il-każ tagħhom lill-pulizija għaliex jibżgħu mir-riperkussjonijiet li jkollhom jgħaddu minnu.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com