“Fl-ethos tal-bniedem tal-Punent, is-sesswalità umana m’għadhiex titqies bħala aspett serju tal-ħajja tal-bniedem. Svojtajna s-sesswalità mill-verità u t-tifsira proprja tagħha. Is-sesswalità m’għadhiex titqies bħala attività ‘sagra’, u għax timpenja l-persuna bħala tali, issa qed tiġi pubbliċizzata bħala ‘attività mekkanika’.”
Hekk sostna l-Isqof Mario Grech waqt konferenza nazzjonali li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet dwar ‘Is-Sbuħija tal-Ġisem: lejn it-Teoloġija tal-Ġisem’. Il-konferenza kienet organizzata minn Dar Ġużeppa Debono.
Mons Grech saħaq li llum il-pjaċir sar l-uniku kriterju biex nivvalutaw il-modi diversi ta’ kif il-bniedem jeżerċita s-sesswalità tiegħu.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com