Il-Ħamis 29 ta’ Diċembru 2016, timijiet magħmula minn saċerdoti, seminaristi, politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK u ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association (MDA), tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadu sehem f’tournament tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.
It-tournament, organizzat minn Radju RTK, sar fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara u ingħata bidu mill-Arċisqof Emeritu Mons Pawl Cremona OP, fil-preżenza tal-Vigarju Ġenerali, Mons Joe Galea Curmi flimkien mal-Whips Parlamentari, Dr Godfrey Farrugia u David Agius.