Tag Archives: .home3

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Baruk 5:1-9
Salm: 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Fil 1:4-6,8-11

L-Evanġelju: Lq 3:1-6

Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 33:14-16
Salm: 24(25):4bċ-5ab,8-9,10,14
It-Tieni Qari: 1 Tess 3:12–4:2

L-Evanġelju: Lq 21:25-28,34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża’ billi jobsru xi jkun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Novembru

Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:13-14
Salm: 92(93):1ab,1ċ-2,5
It-Tieni Qari: Apok 1:5-8

L-Evanġelju: Ġw 18:33b-37

F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?”. Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?”. Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 12:1-3
Salm: 15(16):5,8,9-10,11
It-Tieni Qari: Lhud 10:11-14,18

L-Evanġelju: Mk 13:24-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu. Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 17:10-16
Salm: 145(146):7,8-9a,9bċ-10
It-Tieni Qari: Lhud 9:24-28

L-Evanġelju: Mk 12:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Ottubru

Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 6:2-6
Salm: 17:2-3a,3bċ-4,47,51ab
It-Tieni Qari: Lhud 7:23-28

L-Evanġelju: Mk 12:28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Ottubru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 53: 10-11
Salm: 32 (33): 4-5.18-19.20.22
It-Tieni Qari: Lhud 4: 14-16

L-Evanġelju: Mk 10: 35-45

F’dak iż-żmien, Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna”. “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7:7-11
Salm: 89(90):12-13,14-15,16-17
It-Tieni Qari: Lhud 4:12-13

L-Evanġelju: Mk 10:17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù kien se jaqbad it-triq lejn Ġerusalemm, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”.

Qallu Ġesù: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? … Kompli aqra »