Tag Archives: .home3

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 2-4a. 5-6. 8-10
Salm: 18 (19), 8. 9. 10. 15
It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 12-30

L-Evanġelju: Lq 1, 1-4; 4, 14-21

Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 62:1-5
Salm: 95:1-2a,2b-3,7-8a,9-10aċ
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:4-11

L-Evanġelju: Ġw 2:1-11

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum
Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa

L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
Salm: 103 (104), 1b-2.3-4.24-25.27-28.29-30
It-Tieni Qari: Titu 2, 11-14; 3, 4-7

L-Evanġelju: Lq 3, 15-16. 21-22

F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60, 1-6
Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

L-Evanġelju: Lq 2, 16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 20-22.24-28
Salm: 83 (84), 2-3. 5-6. 9-10
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-2, 21-24

L-Evanġelju: Lq 2, 41-52

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:7-10
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1:1-6

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 5:1-4a
Salm: 79(80):2aċ,3b,15-16,18-19
It-Tieni Qari: Lhud 10:5-10

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18a
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:10-18

F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?”. U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess”. Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3: 9-15.20
Salm: 97: 1-4
It-Tieni Qari: Efes 1: 3-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 1: 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”… Kompli aqra »