“Caritas in Veritate: Fraternità, Reċiproċità u problemi ekonomiċi ġodda” kienet it-tema ta’ taħdita li saret mill-Professur Taljan Stefano Zamagni li saret nhar il-15 ta’ April.
Fi kliem Zamagni, wieħed mis-sinjali ewlenin ta’ żminijietna huwa r-riferenza ripetuta għall-etika, li fl-aħħar kwart ta’ dan is-seklu, ħadet post ir-riferenza persistenti li kienet issir għall-politika, speċjalment matul is-sittinijiet, meta “kollox kien meqjus bħala politika”.
“L-ewwel messaġġ rilevanti li tagħtina Caritas in Veritate huwa l-istedina biex aħna negħlbu d-dikotomija li teżisti bejn l-isfera ekonomika u l-isfera soċjali. L-era moderna nibtet fina l-idea li biex tkun tagħmel parti ‘mill-club ekonomiku’ huwa ferm essenzjali li tħares lejn il-profitt u li tkun motivat esklussivament b’intenzjonijiet imbuttati mill-interessi individwali biss” huwa qal.
“Dan bażikament ifisser, li wieħed ma jkunx negozjatur tajjeb jekk ma jirnexxilux jikseb il-massimu. Skont din l-idea, jekk wieħed ma jirnexxilux jagħmel din il-kisba allura jkollu jissodisfa ruħu billi jifforma parti biss mill-isfera soċjali. Dan il-kunċett illoġiku…
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com