-
-
Nhar il-Ħamis li ġej, 26 ta’ Ottubru 2017, il-komunità Franġiskana flimkien mal-komunità ta’ Abramo, se jieħdu ħsieb diskussjoni xjentifika, biblika u spiritwali dwar il-Liżar ta’ Kristu.
Il-kelliema prinċipali huma:
- Il-Professur Paul Pace – Li se jitkellem dwar dettalji xjentifiċi dwar il-passjoni ta’ Kristu u li ħarġu mill-investigazzjonijiet fuq il-liżar
- Dun Edmund Teuma OFM Conv. – Li se jagħti tagħrif dwar is-Salib mill-perspettiva Franġiskana
- George Peresso – Li se jaqra narrazzjoni dwar il-laqgħa bejn Kristu Rxoxt u Marija Maddalena
It-taħdita se ssir fis-Sala tal Konferenzi ta’ ĊAK, fi Triq S. Sommier, Birkirkara u tibda fis-7:30pm. Il-pubbliku hu mistieden jattendi.