Nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju se ssir taħdita bl-Ingliż għal-lajċi dwar ir-Rikonċiljazzjoni u t-Tama. It-taħdita se ssir minn Prof. Johan de Tavernier fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat fis-7pm. Min jixtieq jattendi jista’ japplika fuq https://parrocci.knisja.mt/lajci/.
Dwar Prof. Johan de Tavernier
Prof. Johan de Tavernier hu mill-Belġju u twieled fl-1957. Hu professur emeritu tat-Teoloġija Etika u Direttur ta’ Ethics@Arenberg fl-Università ta’ Louvain fil-Belġju. Fl-istess Università għallem diversi korsijiet tal-etika, l-etika tal-ambjent u l-bioetika, kif ukoll fuq il-bniedem, l-aktar lill-istudenti tat-teoloġija. Għamel ukoll korsijiet introduttorji fil-kristjaneżmu u l-etika lill-istudenti tal-inġinerija u l-bio-inġinerija.
Ir-riċerka u l-istudju tiegħu jiffukaw fuq it-teoloġija morali fundamentali; dak li hu partikulari fl-etika Nisranija, l-etika tal-ambjent, il-bijoloġija tal-iżvilupp u l-etika u l-użu tal-Bibbja fl-etika. Hu jispeċjalizza wkoll fi tliet taqsimiet partikulari tal-etika: l-etika tal-ikel, l-etika tal-inġinerija u l-etika tal-annimali.
Minħabba li hu espert fl-etika, qiegħed ukoll f’diversi kummissjonijiet tal-etika professjonali.
Prof. de Tavernier kiteb u ppublika ħafna kotba ta’ natura etika, l-aktar wieħed reċenti hu dwar Laudato Si’. Bħalissa qed jipprepara ktieb dwar l-etika Nisranija.