Il‑Kardinal Luis Antonio Tagle se jkun il‑kelliem ewlieni tat‑taħdita annwali Aquinas Lecture, li se ssir nhar l‑Erbgħa 8 ta’ Mejju 2024 fis‑7pm fl‑Awditorju tal‑MUSEUM fil‑Blata l‑Bajda. Il‑pubbliku hu mħeġġeġ jattendi.

Il‑Kardinal Tagle, li hu l‑Pro Prefett għas‑Sessjoni tal‑Evanġelizzazzjoni fid‑Dekasteru għall‑Evanġelizzazzjoni fi ħdan is‑Santa Sede, se jitkellem dwar kif nistgħu nwasslu lil Alla u l-Kelma tiegħu fid-dinja tal-lum.

L‑għada l‑Ħamis, 9 ta’ Mejju, il‑Kardinal Tagle se jkun fuq il‑kampus tal‑Università ta’ Malta jwieġeb id‑diversi mistoqsijiet tal‑istudenti u l-akkademiċi. Din is‑sessjoni se ssir fil‑Kamra tal‑Kunsill fl‑10am. Kull min jixtieq jattendi għal din il‑Q&A jista’ jimla l‑formola fuq https://forms.gle/wxtPtswPkUssguxh7

L‑Aquinas Lecture hi taħdita hi organizzata mill‑Fakultà tat‑Teoloġija u l‑Għaqda Studenti tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Din is‑sena qed issir b’kollaborazzjoni mas‑Soċjetà tad‑Duttrina Nisranija.