Xi tfisser edukazzjoni Kattolika u xi tfisser li tkun edukatur Kattoliku fid-dinja tal-lum u x’inhuma l-isfidi? Dawn is-suggetti ser jigu ttrattati f’taħdita pubblika bit-titlu Mission Integrity: Contemporary Challenges for Catholic School Leaders nhar il- Ħamis 24 ta’ Marzu, 2011, fil-lukanda le Meridien, San Ġiljan, minn Professor Gerald Grace mill-Universita’ ta’ Londra. L-għada l-Ġimgha fid-9.30 ta’ filgħodu issir taħdita oħra bit-titlu Teaching to Transform: A Sacramental Consciousness minn Ms Anne Kelleher, Direttriċi tal-Catholic Schools Trust fl-Irlanda. L-Eċċellenza Tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser ikun preżenti għal din it-taħdita. It-taħdidiet, li huma mingħajr ħlas, jifformaw parti mill-konferenza Teaching to Transform, taħt l-awspiċi tal-Forum tal-Għaqdiet Lajċi bil-kollaborazzjoni tal-Curriculum Management and e-learning Department ġewwa d-Directorate for Quality and Standards in Education, u mas-Segretarjat għall-Iskejjel tal-Knisja. Għal aktar tagħrif jew biex tirreġistra idhol fis-sit www.cepmalta.wordpress.com jew peremzz tal-email [email protected] jew ibghat sms fuq 9926 6021.