-
Nhar l-Erbgħa li ġej, fl-4pm, se ssir taħdita fuq il-patri Karmelitan Avertan Fenech minn Dr Pauline Dimech.
L-attività se ssir fil-boardroom tal-Fakultà tat-Teoloġija, kamra 317, u qed issir b’kollaborazzjoni mal-Ordni Karmelitana.
Il-Knisja f’Malta tat bidu għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech wara li l-Arcisqof Charles J. Scicluna laqa’ t-talba tal-postulatriċi generali Dr Giovanna Brizi biex jitwaqqaf tribunal għal dan il-għan.
Patri Avertan twieled il‑Mosta fl‑10 ta’ Lulju 1871. Għamel il‑professjoni reliġjuża fl‑Ordni Karmelitan fl‑1892 u ġie ordnat saċerdot fl‑1896. Fil‑ħajja reliġjuża tiegħu spikkaw b’mod speċjali l‑virtujiet tal‑modestja, l‑umiltà, il‑faqar u s‑safa, li kienu jqanqlu lin‑nies jersqu għandu għall‑qrar u d‑direzzjoni spiritwali.
F’Ottubru, imbagħad, il-Fakultà tat-Teologija se tkompli b’aktar seminars:
Din mhix l-ewwel taħdita organizzata mill-Fakultà tat-Teloġija. Filfatt, minn Ottubru li għadda, studenti jew lekċerers li qed jagħmlu riċerka mal-Fakultà tat-Teloġija, qed ikunu mistiedna biex darba fix-xahar jippreżentaw it-tema tar-riċerka tagħhom.
F’Ottubru, wara li terġa’ tibda sena skolastika oħra, il-Fakult se tkompli b’aktar seminars:
L-Erbgha 11 ta’ Ottubru 2017: Seminar minn Mr Edward Joseph Clemmer dwar “Julian of Norwich’s Experience of Prayer and Contemplation”.
L-Erbgha 15 ta’ Novembru 2017: Seminar minn Rev. Joseph Ciappara Ofm dwar “Moses the Prophet: Fact or Fiction”.
It-Tlieta 12 ta’ Dicembru 2017: Seminar minn Rev. Christopher Caruana OP dwar ir-Religjon u x-Xjenza.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 23402767.