Il-Papa kellu taħditiet ma’ aktar minn mitt kardinal minn madwar id-dinja dwar diversi temi li jinkludu l-iskandli ta’ abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru kif ukoll il-liberta reliġjuża. Dan in vista tal-persekuzzjoni tal-insara f’diversi pajjiżi kif ukoll it-tilwima maċ-Ċina.
Fuq l-aġenda wkoll kienet diskussjoni dwar id-deċiżjoni għal stedina ta’ konverżjoni ta’ Isqfijiet u saċerdoti Anglikani għall-Kristjaneżmu.
It-taħditiet kienu qed isiru qabel iċ-ċerimonja li matulha, fil-ġurnata tal-lum, il-Papa se jaħtar 24 Kardinal ġdid.
Numru ta’ Kardinali hu mifhum li kkritikaw l-attenzjoni li ngħata s-suġġett tal-iskandli sesswali. Wieħed minn dawk li saħansitra esprima dan il-messaġġ pubblikament mal-mezzi tal-istampa huwa l-Kardinal Messikan Javier Lozano Barragan.