-
-
Verġni Immakulata!
Għal darb’oħra ninsabu hawn biex nagħtuk qima f’rigjen din l-kolonna minn fejn int tħares b’imħabba lill-belt ta’ Ruma u lid-dinja kollha minn mindu, 150 sena ilu l-beatu Pio IX pproklama bħala verità ta’ fidi Kattolika, il-ħarsien tiegħek minn kull tebgħa tad-dnub, minn qabel il-mewt u l-qawmien ta’ Ibnek Ġesù Kristu.
-
Verġni Immakulata!
Is-sbuħija spiritwali bla mittiefsa tiegħek hija għalina għajn ħajja ta’ fiduċja u ta’ tama.
Meta għandna lilek bħala Omm, Verġni Qaddisa, bħala rahan tal-fidwa eterna, inħossuna żguri fil-mixi tal-ħajja. Ghalhekk, o Marija, b’fiduċja lejk nirrikorru. Għinna biex nibnu dinja fejn il-ħajja tal-bniedem tkun dejjem maħbuba u mħarsa minn kull forma ta’ vjolenza, fejn kulħadd ifittex bil-qawwa kollha l-paċi. -
Verġni Immakulata!
F’din is-Sena tal-Ewkaristija agħtina li niċċelebraw u naduraw b’fidi mġedda u mħabba tħeġġeġ il-misteru qaddis tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Fl-iskola tiegħek, o Mara Ewkaristika, għallimna nagħmlu tifkira tal-opri tal-għaġeb li Alla ma jieqaf qatt iwettaq fil-qlub tal-bnedmin. Bi premura ta’ omm, Verġni Marija, mexxi dejjem il-passi tagħna fit-triq tat-tajjeb.
Ammen.
-
Talba tal-Papa San Ġwanni Pawlu II quddiem l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni, nhar it-8 ta’ Diċembru 2004, f’għeluq il-150 sena tad-Domma.