Immaġina li xi ħadd jistiednek ittir miegħu fuq ajruplan b’magna waħda, bi storja ta’ ħsarat spissi fil-magna. Int, pulit pulit, tiċħad l-istedina. Imma l-pilota jgħidlek: “Għax qed tibża’? M’intix qed tara li jien nirkeb fuqu bla l-iċken biża’?” Imma int tibqa’ tirrifjuta. Sakemm ftit ġimgħat wara tisma’ li dak l-imsejken pilota kkaxxja bl-ajruplan.

Miskin: kellu fidi sħiħa fl-ajruplan tiegħu, iżda għarralu!

Hi stupidaġni li tiftaħar li int ma temmen f’xejn. Biżżejjed ngħidlek li int temmen b’għajnejk magħluqa fl-ideat tiegħek u fik innifsek! Ma trid li ħadd imerik. U dak hu twemmin.

Min jemmen fil-karozza li għandu, fid-dar li bena, fil-gazzetti, fil-partit politiku, fit-televiżjoni, min jemmen ħaġa u min oħra. Il-problema hi li sikwit inkunu qed niggranfaw ma’ xi ħaġa li mhix soda.

Hekk ġralu l-pilota li emmen iżżejjed fl-ajruplan li kellu u fil-kapaċitajiet tiegħu.

U l-karozza ta’ Jason inħarqet. U d-dar ta’ Pietru waqgħet. U l-partit politiku tilef. U t-televiżjoni tħassar!

Insomma, jiġrilna bħal dak il-ħaddiem li jinqatagħlu l-ħabel li jkun marbut bih.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com