Kien kumment li ta fi Frar li għadda Dr Thomas W Hilgers, Fundatur u Direttur tal- Pope Paul VI Institute for the Study of Human Reproduction, li jinsab f’Omaha, Nebraska, fl-Istati Uniti, u li fih sostna li t-teknoloġija tal-Fertilizzazzjoni In-Vitro, jew l-IVF, hi “highly abortive”, li reġa’ fetaħ d-diskussjoni f’pajjiżna dwar it-tnissil assistit fil-kamp xjentifiku tal-infertilità.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, imbagħad, festa tad-Dulur ta’ Marija, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech, waqt l-omelija li għamel espona r-realtà tat-tbatija tal-omm li ma jistax ikollha tfal, f’relazzjoni mal-misteru tal-ħajja.

Fi kliem Mons Isqof stess, “għandi quddiem għajnejja lil dawk il-koppji miżżewġa li għandhom il-problema tal-infertilità. Dawn il-koppji jixtiequ jilqgħu d-don tal-ħajja, imma għal xi raġuni jew oħra mhux jirnexxilhom. Il-Knisja u l-Istat ma jistgħux ikunu indifferenti quddiem il-karba ta’ min qed ibati minħabba l-problema tal-infertilità, li sfortunatament jidher li qed tiżdied. Inħossni fid-dmir li nikkumpatixxi u nakkumpanja lil dawn il-persuni li jixtiequ jsiru missirijiet u ommijiet, imma ma jistgħux!”

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com