Fil-program tal- llum ser naraw kif in-nisrani għandu jgħaġixxi ma dawk in-nies li hu jikkonsidra l-għedewwa tiegħu. Kif nistgħu aħna nfittxu l-wiċċ ta’ Ġesu permezz ta’ dawn in-nies?
Ħobbu l-għedewwa tagħkom?? – Kliem li hu tassew qawwi li zġur jaqleb il-mod ta kif naħsbuha. Għax ngħiduha kif inhi, xi għadu, kbir jew zgħir kulħadd għandu. Izda, kif kullhad jaf, dal-kliem, xi kultant huwa wisq diffiċli biex isir realta! L-Arċisqof Mons Paul Cremona, f’dan il program ser ikompli jiddiskuti xi punti siewja fuq il Vangelu tal-Ħadd maz-żagħżagħ tal-Komunita’ Marana’ Tha. In-nies ta barra, kif jaħsbuha fuq il-maħfra? Naraw uhud x’qalulna fil-vox pop li ser nurukhom. Anthony Mifsud mil Kummissjoni Djocesana Zagħzagħ ser jaqsam magħna xi tgħarif fuq x’tagħmel biex tqarreb iz-zagħzagħ lejn Ġesu’.
Dan kollu u ħafna aktar ser ikun ippreżentat fuq il-programm ta din il-ġimgħa fuq NET TV fit-8.30 p.m.