• ****

    Ditettur: Cedric Nicolas-Troyan
    Atturi: Chris Hemsworth, Charlize Theron, Emily Blunt, Nick Frost, Sam Claflin, Rob Brydon u Jessica Chastain
    Ħin tal-Film: 114 min.
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd                                                    
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12
    Qabel ma nkitbet l-istorja ta’  Snow White and the Huntsman,  ir-Regina ħażina Ravenna kienet  ħatfet  ir-renju minn idejn dawk li kienu ssaltnu qabel. Ravenna kienet tgħix ma’ oħta Freya li welldet tarbija, missier it-tarbija jkun id-Duka ta’ Blackwood li jidher li kien hu li qatel it-tarbija permezz ta’ nar li kien qabbad fil-kamra tas-sodda fejn kienet it-tarbija. Wara din it-traġedja, Freja tħoll il-qawwa silġa li kellha ġewwa fiha u tirtira fin-nord fejn hemm tibni renju tas-silġ u tibda teħodha kontra slaten oħra, taħtaf  tfal u żgħażagħ biex hekk toħloq armata ta’ Huntsman. Barra hekk, Freya tipprojbixxi kull forma ta’ mħabba fis-saltna tagħha. Snin wara, Eric u Sara li jkunu fost dawk li nqabdu bħala Huntsman,  jibdew iħobbu lil  xulxin, xi ħaġa li ma kienitx permessa fis-saltna ta’ Freja.  Meta din l-imħabba tinkixef, Freja taċċetta li din l-imħabba tkompli biss jekk it-tnejn jirnexxielhom jersqu lejn xulxin. Meta Eric u Sara jippruvaw jagħmlu dan, Freja tuza’ il-qawwa li kellha u toħloq bejniethom ħajt tas-silġ u turi lit-tnejn,  li Sara ġiet maqtula,  waqt li Eric ħarab mix-xena.  Jgħaddu seba’ snin minn din il-ġrajja u waqt li Sara kienet tinsab miżmuna f’ħabs, Eric kien jinsab igħix fir-renju ta’ Snow White fejn hemm jiltaqa’ mar-Re William u żewġ nani Nion u Gryff. William jgħarraf lil Eric li minn meta Snow White kienet bdiet issaltan, il-Mera Maġika kienet sparrixiet waqt li din kienet fi triqta lejn is-Sanctuary. Din il-Mera kellha l-qawwa fuq il-forżi kollha tal-ħażen. William anke titlob lil Eric biex jagħmel ħiltu kollha biex ma jħalliex din il-Mera taqa’ f’idejn Freya. Sadanittant Eric, Nion u Gryff jibdew il-missjoni tagħhom  biex isibu l-Mera, jinqabdu minn numru ta’ Huntsman izda li jiġu salvati minn Sara.  X’jiġri minn hawn?
    Film Brittaniku – Amerikan,  fejn l-istorja tiġri qabel l-istorja Snow White and the Huntsman, msejjes fuq il-karratri ta’ ħrafa Germaniza: “Snow White” ta’ Grimm Brothers, kif ukoll fuq ħrafa ohra: “The Snow Queen”  ta’  Hans Christian Anderson. Minħabba xi xeni ta’ vjolenza u krudelta’ kif ukoll it-tema tal-film, ikun jaqbel li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.