• The Legend of Hercules

  • **

    Direttur:          Ranny Harlin
    Atturi:             Kellan Lutz, Gaia Weiss, Scott Adkins, Roxanne McKee, Liam Garrigan, Liam McIntyre, Jonathon Schaech u Rade Serbedzija
    Ħin tal-film:    99 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12
     
    Ir-Re Amphitryon jinvadi  x-xtut tas-saltna tar-Re Galenus u jisvida lir-re għal taqbida għall-mewt bejniethom. Amphityryon jirbaħ u jieħu f’idejh is-saltna tar-Re Galenus. F’dak il-lejl tar-rebha, ir-Reġina Alcmene, l- mara ta’ Amphitryon  tgħidlu li dak li għamel,  għamlu għal glorja tiegħu nnifsu. Turih ukoll  kemm tinsab iddiżgustata li hu kien biss f’moħħu fil-ġlied. Alcmene titlob  lil Hera, l-mara ta’ alla Zeus għall-għajnuna. Hera tħabbrilha li hi kien sejjer ikollha iben u li dan ikun iben Zeus. Dan l-iben kien sejjer ikun is-salvatur tal-poplu tagħha. Għal din id-dehra, kien hemm bħala xhud Chiron, konsulent tar-reġina. F’dak il-lejl stess, waqt li Amphitryon ikun qiegħed jiċċelebra r-rebħa, Alcmene jkollha żjara minn Zeus. Amphitryon isir jaf u jemmen li Alcmene kellha maħbub mortali. Xhur wara,  Alcmene jkollha tifel li ssemmieh Alcides, iżda f’qalbha kienet taf, li dan it-tifel kien Hercules, it-tifel ta’ alla Zeus.  Jgħaddu għoxrin sena minn din il-ġrajja. Hercules, magħruf bħala Alcides, hu żagħżugħ b’saħħtu u sabieħ. Waqt li kien mal-maħbuba tiegħu, Hebe, prinċipessa  minn Kreta, ħdejn għadira, Alcides jammira l-ġiżirana li Hebe kellha m’għonqha. Minnaħa tagħha, din tatih il-ġiżirana.  Sadanittant, Hebe, waqt li ssib ruhha fil-palazz, Alcides u ħuh Iphicles, li kien ġie jfittex lil Hebe, waqt li kienu serin lura,  jiġu attakkati minn iljun. Ikun Alcides li jirnexxielu joqtol l-iljun iżda jkun Iphicles li jieħu k-krettu. Bejn l-aħwa tiżviluppa għira kbira. X’jiġri meta Amphitryon iħabbar li  kien sejjer isir żwieġ bejn Iphicles u Hebe. Din l-aħbar  tolqot fil-laħam il-ħaj, kemm lil Alcides kif ukoll lil Hebe li issa kienu saru jinħabbu. It-tnejn jiddeċiedu li jaħarbu. X’isir minn hawn?

    Film bi 3D, mimli azzjoni u fantasija li jeħodna fil-Greċja l-Qadima fejn ġlied u r-regħba għal poter kienu komuni  bejn is-slaten.  Minħabba vjolenza, l-istorja fiha nfisha kif ukoll intervent mill-allat li kienu jemmnu fihom il-Griegi, ikun tajjeb  li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.