• ****

    Direttur: Wes Ball
    Atturi: Dylan O’Brien, Aml Ameen, Thomas Brodie-Sangster, Kaya Scodelario, Will Poulter, Ki Hong Lee u Blake Cooper
    Ħin tal-Film: 113 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Thomas, ġuvnot ta’ sittax –il sena, jsib ruħu bla ma jaf, ġewwa lift imsaddad. Meta jasal fuq nett jingħata merbħa minn numru ta’ żgħażagħ, kollha taħt id-dsatax –il sena. Il-post kien jissejjaħ Glade, biċċa art mdaqqsa, mdawwra minn ħitan għolja. Thomas għal bidu ma ftakarx ismu izda Alby, li deher bħala l-mexxej, assigurah li ma jdumx ma jiftakar. Sadanittant Alby jdawwru madwar il-post u jwissih biex ma jippruvax jidħol ġewwa l-fetħa li kien hemm fil-ħitan li kien iddawwar il-post. Infurmah li l-post kien immexxi minn Gladers. Thomas ma jdumx ma jagħmel ħabib ma’ Chuck. Darba fix-xahar kien jintbagħat xi hadd ġdid bi provisti tal-ikel permezz tal-lift. Newt li kien it-tieni fit-tmexxija, jagħmilha ċara li l-uniku mezz biex joħorġu minn hemm kien li jsibu tarf tat-toroq mħabbla li kien hemm ġewwa l-Maze u li l-ħitan kull tant żmien kienu jbiddlu l-qagħda tagħhom. II-Gladers kienu ġerrejja li kienu jidħlu ġewwa l-Maze permezz ta’ fetħa fil-ħitan u li bil-lejl kienet tingħalaq. Ħażin kien ikun għalih min jibqa’ gewwa. Il-xogħol tagħhom kien li jsibu mezz u jaraw kif kienet possibli li jsibu tarf tagħha. Ma kienitx ħaġa faċli għaliex ġewwa l-ħitan kien hemm monstri magħrufa bħala Grievers li kienu iħufu madwar il-Maze u min kienu jsibu hemm kienu jaqtluh. Tgħid jinstab xi mod kif dan il-grupp ta’ żgħażagħ isibu mezz biex joħorġu minn hemm? X’parti jieħu Thomas biex tinstab soluzzjoni? X’jiġri meta għall-ewwel darba tintbagħat tfajla, bl-isem ta’ Teresa biex tagħmel parti minn dan I-grupp? Teresa tgħaraf lil Thomas. X’kien hemm bejniethom u min kien hemm wara din taħbila u għaliex iż-żgħażagħ kienu hemm? Film interessanti ta’ fantaxjenza msejjes fuq in-novella ta’ James Dashner (2009). L-istorja tal-film tlaqqgħana ma’ Thomas, ġuvni ta’ sittax –il sena li jsib ruħu f’qagħda li żgur qatt ma xtaq ikun fiha, f’labarint magħruf bħala The Maze li kienet toffri l-uniku mezz biex joħroġ minn hemm. Minħabba vjolenza u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.